Sliem ghalik O Sinjura qaddisa, u Sultana,

Omm imqaddsa ta’ Alla.

Xebba li sirt knisja !

Maghzula mill-Missier l-aktar qaddis tas-sema.

u minnu kkonsagrata,

Flimkien ma’ Ibnu l-Ghaziz u l-aktar Qaddis

U ma’ l-Ispirtu s-Santu d-Difensur.

Fik kien hemm u hemm il-milja tal-grazzja u ta’ kull gid.

Sliem ghalik, palazz tieghu.

Sliem ghalik, tabernaklu tieghu.

Sliem ghalik, dar tieghu.

Sliem ghalik, ilbies tieghu.

Sliem ghalik, qaddejja tieghu.

Sliem ghalik, omm tieghu.

U sliem ghalikom ilkoll,

virtujiet qaddisa lkoll kemm intom,

li bil-grazzja u d-dawl ta’ l-Ispirtu s-Santu tigu msawba

fil-qlub tal-fidili biex minn nies ma jemmnux,

taghmluhom jemmnu f’ Alla.


Antifona   Sancta Maria Virgo


Qaddisa Xebba Marija, qatt ma twieldet ohra bhalek fost in-nisa, bint u qaddejja tas-Sultan l-Aktar Gholi u tal-Missier tas-Sema, Omm il-Mulej taghna, il-wisq qaddis Gesu’ Kristu, u gharusa ta’ l-Ispirtu s-Santu. Itlob ghalina ma’ San Mikiel Arkanglu u mall-Qawwiet u mall-Qaddisin kollha, lil Ibnek mahbub u l-aktar qaddis, Mulej u Mghallem taghna.

 
Liturgija tal-Haddhttp://www.ofm.org.mt/?page_id=398